Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 - Liotti vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-38/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Amerigo Liotti (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006.
Talbiet tar-rikorrent
Tannulla r-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera (REC/CDR) tar-rikorrent għall-perijodu ta' riferenza l-1.1.2006-31.12.2006;
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
____________