Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-20 ta’ Diċembru 2018 – JZ

(Kawża C-806/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

JZ

Domanda preliminari

F’kuntest fejn huwa paċifiku, minn naħa, li f’għajnejn id-dritt Olandiż ċittadin barrani ma jissoġġornax b’mod regolari fil-Pajjiżi l-Baxxi u, min-naħa l-oħra, li l-istadji tal-proċedura ta’ ritorn previsti fid-Direttiva dwar ir-Ritorn ġew segwiti iżda r-ritorn attwali ma seħħx, liġi nazzjonali li trendi punibbli kriminalment is-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi wara li tkun ġiet imposta fuqu projbizzjoni fuq id-dħul, bis-saħħa tal-Artikolu 66a(7) tal-Vreemdelingenwet 2000, hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li, fis-sentenza tas-26 ta’ Lulju 2017 Ouhrami (C-225/16, EU:C:2017:590, punt 49), iddeċidiet li l-projbizzjoni fuq id-dħul prevista fl-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar ir-Ritorn 1 , toħloq l-“effetti” tagħha biss mill-mument li ċ-ċittadin barrani jerġa’ jmur lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew imur lejn pajjiż terz ieħor?

____________

1     Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).