Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2008 - Buschak vs Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol

(Kawża F-47/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willy Buschak (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Lévi u C. Ronzi, avukati)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li temenda d-deskrizzjoni ta' impjieg tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenuta sabiex tħallsu somma bħala kumpens għal danni materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni mogħtija mid-direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol lir-rikorrent fl-4 ta' Lulju 2007, li temenda d-deskrizzjoni ta' l-impjieg tiegħu ;

safejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-29 jew tat-30 ta' Jannar 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent ;

jikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għall-ħlas ta' EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni ;

jikkundanna lill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għall-ispejjeż.

____________