Language of document :

Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2018 minn Haskovo Chamber of Commerce and Industry mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-122/17: Devin vs EUIPO - Haskovo

(Kawża C-800/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Haskovo Chamber of Commerce and Industry (rappreżentanti: I. Pakidanska u D. Dimitrova, advokati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Devin AD, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Lulju 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat u li Haskovo Chamber of Commerce and Industry għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________