Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2010 - Gross et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-106/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ivo Gross (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u oħrajn (rappreżentant: J. Kayser, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet riprodotti fl-istqarriji ta' regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u fl-istqarriji ta' remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta' Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta' Diċembru 2009.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jaġġustaw ir-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti, kif riflessi fin-noti ta' aġġustament retroattivi ta' remunerazzjoni 12/2009, imqassma fl-2010, fin-noti ta' remunerazzjoni 1/2010, 2/2010, 3/2010, 4/2010, 5/2010, 6/2010, 7/2010, 8/2010, 9/2010 u fin-noti ta' remunerazzjoni kollha sussegwentement stabbiliti sad-data tad-deċiżjoni li ttemm din l-istanza definittivament, sa fejn dawn japplikaw illegalment rata ta' aġġustament tar-remunerazzjoni ta' 1.85 %, minflok rata ta' 3.7 %
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż.
____________