Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (il-Finlandja) fil-21 ta’ Diċembru 2018 – A et vs Finnair Oyj
(Kawża C-832/18)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Helsingin hovioikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A et
Konvenuta: Finnair Oyj
Domandi preliminari
Ir-Regolament Nru 261/2004 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier għandu d-dritt għal kumpens ulterjuri skont l-Artikolu 7(1) jekk ikun irċieva kumpens għal titjira kkanċellata, it-trasportatur tal-ajru tat-titjira mibdula jkun l-istess bħal dik tat-titjira kkanċellata, u t-titjira mibdula wara t-titjira kkanċellata tkun ukoll suġġetta għal dewmien lil hinn mill-ħin tal-wasla skedat sa tali punt li l-passiġġier ikun intitolat għal kumpens?
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, it-trasportatur tal-ajru jista’ jinvoka ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) jekk, wara evalwazzjoni teknika mill-manifattur tal-ajruplan fir-rigward ta’ ajruplan li jkun diġà qiegħed jintuża, il-parti kkonċernata mid-dokument inkwistjoni tkun fil-fatt ittrattata bħala parti hekk imsejħa “on condition”, jiġifieri parti li tintuża sakemm issir difettuża, u t-trasportatur tal-ajru jkun ipprepara li jissostitwixxi l-parti inkwistjoni billi jżomm parti ta’ bdil maħżuna b’mod permanenti?
____________
1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).