Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta' April 2011

Ioannis Vakalis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-38/10) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-Greċja għall-iskema tal-pensjoni ta' uffiċjali tal-Unjoni - Kalkolu tas-snin pensjonabbli - Eċċezzjoni ta' illegalità dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta' trattament ugwali - Prinċipju ta' newtralità tal-euro)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ioannis Vakalis (Luvinate, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Likwidazzjoni tad-drittijiet individwali li tiffissa d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom għall-iskema tal-Unjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala inammissibbli u parzjalment, bħala infondat.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha stess, nofs l-ispejjeż ta' I. Vakalis.

I. Vakalis għandu jbati n-nofs tal-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010, p.54.