Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Guimarães (il-Portugall) fis-26 ta’ Marzu 2019 – MH, NI vs OJ, Novo Banco SA

(Kawża C-253/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Guimarães

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MH, NI

Konvenuti: OJ, Novo Banco SA

Domanda preliminari

Fil-kuntest tar-Regolament (UE) 2015/848 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-qorti ta’ Stat Membru għandha ġurisdizzjoni tipproċedi għall-ftuħ ta’ proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza ta’ ċittadin li hemm għandu l-uniku proprjetà immobbli tiegħu, minkejja li għandu r-residenza abitwali tiegħu, flimkien mal-familja tiegħu, fi Stat Membru ieħor, fejn jinsab impjegat b’remunerazzjoni?

____________

1     Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU 2015, L 141, p. 192, u rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9).