Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2008 - Nardin vs Il-Parlament

(Kawża F-12/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thierry Nardin (il-Lussemburgu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Wiot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2007, li tistabbilixxi d-drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz tar-rikorrent, safejn ma ngħatax l-allowance ta' l-espatrijazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta' l-allowance ta' l-espatrijazzjoni flimkien ma' l-imgħaxx minħabba dewmien u għall-kumpens tad-danni morali subiti mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2007, li tistabbilixxi d-drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz tar-rikorrent, safejn ma ngħatax l-allowance ta' l-espatrijazzjoni;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lir-rikorrent l-allowance ta' l-espatrijazzjoni f'somma ta' kull xahar, ekwivalenti għal 16 % ta' l-ammont totali tas-salarju bażiku kif ukoll ta' l-allowance tal-familja u tal-benefiċċju tat-tfal dipendenti imħallsa kull xahar lir-rikorrent, sa mix-xahar ta' April 2007 u kull xahar wara dan sakemm isir il-ħlas;

jimponi ħlas ta' imgħaxx minħabba dewmien ta' 8 % kull sena mid-dati ta' skadenzi rispettivi sakemm isir il-ħlas;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 10 000, jew kwalunkwe somma oħra, anki jekk tkun ikbar, bħala kumpens għad-danni morali subiti;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________