Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2012 – ZZ vs EASA

(Kawża F-40/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. G. Schwend, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u t-talba għall-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba din it-tkeċċija u minħabba l-fastidju allegat.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-kuntratt tal-24 ta’ Mejju 2011, flimkien mal-konsegwenzi finanzjarji kollha li jirriżultaw minnha;

tikkundanna lill-EASA tħallas is-somma ta’ EUR 301 559.04 bħala kumpens għad-danni materjali;

tikkundanna lill-EASA tħallas is-somma ta’ EUR 50 000.00 bħala kumpens għad-danni morali;

tikkundanna lill-EASA tħallas l-ammont ta’ EUR 250.00 kulljum inkluż bejn it-23 ta’ Mejju 2011 u l-jum tan-notifika tad-deċiżjoni li ser tingħata bħala kumpens għad-danni morali minħabba l-fastidju;

tikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż.