Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel d’Aix-en-Provence (Franza) fil-5 ta’ Novembru 2019 – MN

(Kawża C-813/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel d’Aix-en-Provence

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MN

Partijiet oħra fil-proċedura: RJA, RJO, FD, BG, PG, KL, LK, MJ, NI, OH

Domandi preliminari

Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew mill-prosekutur Franċiż, kif previsti permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 695-16 et seq tal-Kodiċi tal-Proċeduri Kriminali, jissodisfaw b’mod sħiħ ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva fis-sens tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

Il-prosekutur Franċiż jissodisfa r-rekwiżiti mitluba sabiex jiġi kklassifikat bħala “awtorità ġudizzjarja emittenti” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 1 ?

____________

1     Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).