Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – CTT - Correios de Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-661/18)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CTT - Correios de Portugal
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domandi preliminari
Il-prinċipji ta’ newtralità, ta’ effettività u ta’ ekwivalenza kif ukoll ta’ proporzjonalità jipprekludu interpretazzjoni tal-Artikolu 98(2) tas-CIVA 1 fis-sens li dan l-artikolu ma japplikax għal sitwazzjonijiet ta’ tibdil jew regolarizzazzjoni tat-tnaqqis li jkun sar?
Il-prinċipji msemmija jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 23(1)(b) u (6) tas-CIVA, interpretat fis-sens li l-persuna taxxabbli li tkun għażlet metodu ta’ koeffiċjenti u/jew formula ta’ tqassim għall-kalkolu tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa mħallsa għal oġġetti u servizzi ta’ użu mħallat u li tkun wettqet il-korrezzjoni fuq il-bażi ta’ valuri definittivi li jirrigwardaw is-sena li għaliha jirreferi t-tnaqqis, fejn skont l-Artikolu 23(6) tali elementi ma jistgħux jiġu mibdula retroattivament, billi tkun ikkalkolat mill-ġdid it-tnaqqis inizjali li kien ġie preċedentement irregolarizzat skont din id-dispożizzjoni, fil-kuntest tal-kalkolu retroattiv tal-VAT fir-rigward ta’ attività li inizjalment qieset li kienet eżentata?
____________
1 Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud)