Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Skeyes vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

(Kawża C-353/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skeyes

Konvenuta: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

Domandi preliminari

Ir-Regolament Nru 550/2004 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li jevitaw li jiġu mistħarrġa mill-qrati tagħhom in-nuqqasijiet allegati inkonnessjoni mal-obbligu ta’ provvista ta’ servizzi mill-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew id-dispożizzjonijiet tar-regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jobbligaw lill-Istati Membri jipprovdu rimedju effettiv kontra n-nuqqasijiet allegati b’kont meħud tan-natura tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti ?

Ir-Regolament Nru 550/2004, sa fejn jispeċifika li: “Il-forniment ta’ servizzi ta’ traffiku ta’ l-ajru, kif ipprevedut minn dan ir-Regolament, huwa konness ma’ l-eżerċizzju tal-poteri (setgħat) ta’ awtorita pubblika, li m’humiex ta’ natura ekonomika li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat”, għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi mhux biss ir-regoli tal-kompetizzjoni fil-veru sens tal-kelma iżda wkoll ir-regola l-oħra applikabbli għall-impriżi pubbliċi attivi fis-suq tal-oġġetti u tas-servizzi, li għandhom effett indirett fuq il-kompetizzjoni, bħal dawk li jipprojbixxu l-ostakoli għal-libertà ta’ intrapriża u ta’ provvista ta’ servizzi?

____________

1     Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 31).