Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Rennes (Franza) fil-21 ta’ Jannar 2020 – PF, QG vs Caisse d’allocations familiales d’Ille et Vilaine (CAF)

(Kawża C-27/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PF, QG

Konvenut: Caisse d’allocations familiales d’Ille et Vilaine (CAF)

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 1 u l-Artikolu 7 tar-Regolament 492/2011 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu R 523-3 tal-code de la sécurité sociale (il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali), li tiddefinixxi s-sena kalendarja ta’ riferiment għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-familja bħala s-sena ta’ qabel tal-aħħar li tippreċedi l-perijodu ta’ ħlas, li l-applikazzjoni tagħha twassal, f’sitwazzjoni fejn ir-riċevitur jissubixxi, wara żieda sostanzjali fir-rigward tad-dħul tiegħu fi Stat Membru ieħor, tnaqqis fir-rigward ta’ dan id-dħul wara r-ritorn tiegħu fl-Istat ta’ oriġini tiegħu, sabiex dan ir-riċevitur, bid-differenza tar-residenti li ma eżerċitawx id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, ikun imċaħħad, fir-rigward ta’ parti mid-drittijiet għal allowances tal-familja?

____________

1 Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

2 Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1).