Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – Primart vs EUIPO – Bolton Cile España (PRIMART Marek Łukasiewicz)

(Kawża T-584/17) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PRIMART Marek Łukasiewicz – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PRIMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe „Primart” Marek Łukasiewicz (Wołomin, il-Polonja) (rappreżentant: J. Skołuda, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolton Cile España, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: F. Celluprica, F. Fischetti u F. De Bono, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 1933/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bolton Cile España u Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe „Primart” Marek Łukasiewicz.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Przedsiębiorstwo Produkcyjno-Handlowe „Primart” Marek Łukasiewicz hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 374, 6.11.2017