Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fis-17 ta’ Settembru 2018 – Ministère public, Ministre des Finances du Royaume de Belgique vs QC, Comida paralela 12

(Kawża C-579/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministère public, Ministre des Finances du Royaume de Belgique

Konvenuti: QC, Comida paralela 12

Domanda preliminari

L-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik implimentata mill-Artikolu 266 tal-loi générale du 18 juillet 1977 sur les douanes et accises (il-Liġi Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 1997 dwar id-dwana u d-dazji tas-sisa), milli, fil-każ ta’ introduzzjoni illegali fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ merkanzija suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni, tagħmel il-persuna responsabbli ċivilment għall-awtur ta’ tali ksur, f’liema ksur il-persuna responsabbli ċivilment ma pparteċipatx, kodebitur in solidum għad-dejn doganali?

____________

1 ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.