Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Settembru 2018 – Verbraucherzentrale Berlin eV vs DB Vertrieb GmbH

(Kawża C-583/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verbraucherzentrale Berlin eV

Konvenuta: DB Vertrieb GmbH

Domandi preliminari

Il-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi wkoll il-kuntratti li permezz tagħhom il-kummerċjant ma jkunx direttament marbut li jipprovdi servizz, iżda li jagħtu lill-konsumatur id-dritt li jikseb tnaqqis fil-prezz għal servizzi li huwa jitlob fil-futur?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

L-eżenzjoni ta’ “kuntratti ta’ servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri” prevista fl-Artikolu 3(3)(k) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlement Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika wkoll għas-sitwazzjonijiet li fihom il-konsumatur ma jiksibx direttament servizz ta’ trasport bħala korrispettiv, iżda d-dritt li jikseb tnaqqis fil-prezz fuq kuntratti tat-trasport li huwa jikkonkludi fil-futur?

____________

1     Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 304, p. 64).