Language of document :

Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 minn Felismino Pereira mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-606/16, Pereira vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-571/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Felismino Pereira (rappreżentant: N. de Montigny, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-14 ta’ Frar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli.

____________