Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta' Settembru 2011 - Abad-Villanueva et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/06) 1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Artikolu 5(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kompetizzjonijiet interni għal bidla fil-kategorija ippubblikati qabel l-1 ta' Mejju 2004 - Kandidati inklużi fil-listi ta' riżerva qabel l-1 Mejju 2006 - Klassifikazzjoni fil-grad - Żamma tal-fattur ta' multiplikazzjoni - Telf ta' punti ta' promozzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Roberta Abad-Villanueva et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u J. Feld, avukati, sussegwentement T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Arpio Santacruz u M. Simm, sussegwentement M. Bauer, J. Monteiro u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet li jinnotifikaw lir-rikorrenti dwar il-bdil fil-kategorija tagħhom sa fejn dawn jallokaw grad inferjuri għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, iżommu l-koeffiċjenti multiplikatur u jneħħu l-punti ta' promozzjoni tar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 108, 06.05.06, p. 32.