Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-6 ta’ Frar 2019 – Agenzia delle Dogane vs Silcompa SpA

(Kawża C-95/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Dogane

Konvenuta: Silcompa SpA

Domanda preliminari

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ krediti li jirriżultaw minn ċerti kontribuzzjonijiet, dazji, taxxi u miżuri oħra 1 , kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/44/KE 2 , fir-rigward tal-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12//KEE, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti 3 , għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-proċeduri mibdija kontra l-atti ta’ eżekuzzjoni tal-irkupru, il-kundizzjoni tal-post (ta’ tqegħid effettiv għall-konsum) fejn l-irregolarità jew il-ksur effettivament twettqu jista’ jkun suġġett għal eżami, u, jekk ikun il-każ, sa fejn, bħal fil-każ inkwistjoni, l-istess talba, ibbażata eżattament fuq l-istess tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni, hija indirizzata indipedentement lill-persuna taxxabbli mill-Istat rikjedenti u mill-Istat rikjest, u li kemm il-proċeduri dwar it-talba interna kif ukoll dawk dwar it-tranżazzjoni ta’ ġbir mill-Istat l-ieħor huma pendenti fl-istess ħin quddiem l-Istat rikjest, peress li din il-konstatazzjoni għandha l-valur ta’ rifjut tat-talba għall-għajnuna u, għaldaqstant, tal-atti ta’ eżekuzzjoni kollha?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet [krediti] li jirriżultaw minn ħidmiet [tranżazzjonijiet] li jiffurmaw parti mis-sistema li tiffinanzja l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, u ta’ imposti agrikoli u dazji doganali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 44).

2     Direttiva tal-Kunsill 2001/44/KE tal-15 ta’ Ġunju 2001 li temenda d-Direttiva 76/308/KEE dwar l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru tal-pretensjonijiet [krediti] li jirriżultaw mill-ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ l-iffinanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew dwa Gwida u Garanzija (FAEGG), u ta’ imposti agrikoli u dazji doganali u fir-rigward ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u ċertu dazji tas-sisa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 12, p. 27)

3     Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179, rettifika fil-ĠU 2015, L 210, p. 39).