Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO AD/177/10.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-13 ta' Lulju 2010, li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni ġenerali EPSO AD/177/10;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-5 ta' Jannar 2011, li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

sussidjarjament, jaqta' u jiddeċiedi li r-rikorrent ma għandux jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni.

____________