Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trgovački sud u Zagrebu (il-Kroazja) fit-18 ta’ April 2019 – Interplastics s.r.o. vs Letifico d.o.o.

(Kawża C-323/19)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Trgovački sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorreni: Interplastics s.r.o.

Konvenuta: Letifico d.o.o.

Domandi preliminari

Id-dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri l-Artikolu 1 tal-Ovršni zakon (il-Liġi dwar l-Eżekuzzjoni Forzata) (Narodne novine, br. 112/12, 25/13, 93/14, 55/16 u 73/17), li tawtorizza lin-nutara li jwettqu l-irkupru forzat ta’ dejn abbażi ta’ dokument awtentiku billi joħorġu mandat ta’ eżekuzzjoni, bħala titolu eżeuttiv, mingħajr il-kunsens speċifiku tal-persuna ġuridika debitriċi stabbilita fil-Kroazja, hija konformi mal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll mal-Artikolu 18 tat-[Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea], fid-dawl tas-sentenzi [tad-9 ta’ Marzu 2017, Zulfikarpašić (C-484/15, EU:C:2017:199)] u [tad-9 ta’ Marzu 2017, Pula Parking (C-551/15, EU:C:2017:193)]?

L-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenzi [ċċitati iktar ’il fuq] tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiġi applikata għall-Kawża [Povrv-752/19], esposta preċedentement, u, iktar preċiżament, ir-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-Kroazja, in-nutura, li jaġixxu fil-kuntest ta’ kompetenzi mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ “dokument awtentiku” li [fihom] il-partijiet li jfittxu l-eżekuzzjoni huma persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ “qorti” fis-sens ta’ dan ir-regolament?

____________