Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Wehrheim vs BĊE

(Kawża T-100/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christine Wehrheim (Offenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. De Montigny, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla:

id-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-fatt li neħħielha l-[allowance tal-espatrijazzjoni] tagħha (imressqa fl-10 ta’ Mejju 2017) u datata 3 ta’ Lulju 2017;

sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta’ ċaħda espliċita tal-appell tagħha (ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2017) kontra din id-deċiżjoni, datata 21 ta’ Diċembru 2017;

tikkundanna lill-konvenut sabiex iħallas kumpens kif mitlub mir-rikorrenti fit-talbiet tagħha:

id-differenza fir-remunerazzjoni sakemm tibqa’ impjegata fi ħdan l-istituzzjoni taħt il-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal permamenti, jiġifieri EUR 700.53 fix-xahar minn April 2017;

l-ispejjeż taċ-ċaqliq addizzjonali għal EUR 1 079.10 diġà aċċettati, jiġifieri EUR 1 000 addizzjonali;

id-dannu psikoloġiku mġarrab fl-ammont ta’ EUR 2 000;

l-ammonti kollha miżjuda bl-interessi bir-rata legali sakemm isir il-ħlas kollu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt l-amministrazzjoni konvenuta naqqset milli twettaq l-obbligi tagħha ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ assistenza billi ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ premura u billi ħolqot aspettattiva li tidher b’mod ċar li ma tistax tintlaħaq fil-konfront tar-rikorrenti u li tikkonsisti fl-għoti ta’ allowance tal-espatrijazzjoni filwaqt li hija ma kinitx tissodisfa, mill-bidu, il-kundizzjonijiet meħtieġa mir-Regolamenti tal-Persunal għal dan il-għan. Dan l-iżball ikkawża dannu li għandu rabta kawżali diretta man-nuqqas tal-istituzzjoni.

____________