Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-3 ta’ Lulju 2019 – Go Sun Srl, Malby Energy 4 Srl vs Ministero dello Sviluppo Economico et

(Kawża C-512/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Go Sun Srl, Malby Energy 4 Srl

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente, Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħal ma huwa l-Artikolu 26(3) tad-Diġriet Liġi Nru 91/2014, kif ikkonvertit bil-Liġi Nru 116/2014, li jnaqqas b’mod sinjifikattiv il-ħlas ta’ inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet ad hoc konklużi mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-Gestore dei servizi energetici S.p.a., (ġestjonarja tas-servizz tal-enerġija) kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni?

B’mod partikolari, din id-dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Eworpea ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effett utli; mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mad-Direttiva 2009/28/KE 1 u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-Karta Ewropea tal-Enerġija?

____________

1     Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU 2009, L 140, p. 16).