Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 - Joseph vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-54/07)1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Rikors imressaq tard wisq - Każ aċċidentali - Reklutaġġ - Artikoli 3a, 3b u 85 tal-KIO - Tul tal-kuntratt - Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta' April 2004, dwar it-terminu massimu tar-rikors għall-persunal mhux permanenti fis-servizzi tal-Kummissjoni - Artikolu 12 tad-DĠI relattivi għall-proċeduri li jirregolaw ir-reklutaġġ u l-impjieg tal-persunal bil-kuntratt mal-Kummissjoni - Trattament ugwali)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Joseph (Damasku, Is-Sirja) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Fernandez Menendez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett

L-annullament tal-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, safejn it-tul tiegħu mhuwiex iffissat għal 3 snin iżda għal 15-il xahar, abbażi, minn naħa waħda, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta' April 2004, dwar it-terminu massimu tar-rikors għall-persunal mhux permanenti fis-servizzi tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, ta' l-Artikolu 12 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni relattivi għall-proċeduri li jirregolaw ir-reklutaġġ u l-impjieg tal-persunal bil-kuntratt mal-Kummissjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 199, 25.08.2008, p. 50.