Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Frar 2019 – Rensen Shipbuilding BV, parti oħra: Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane

(Kawża C-192/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rensen Shipbuilding BV

Parti oħra fil-proċedura: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane

Domanda preliminari

In-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda tistabilixxi li taħt is-subintestaturi 8901 20 10 u 8901 90 10 intitolati “bastimenti għall-baħar” jaqgħu (b’mod partikolari) biss bastimenti ddisinjati għall-baħar. X’għandu jinftiehem, bit-terminu “għall-baħar”?

____________