Language of document :

Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru magħmula fid-9 ta’ Settembru 2019 – Ramon vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-675/19 SA)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ntinos Ramon (rappreżentanti: Achilleas Dimitriadis u Charalampos Pogiatzis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

‒    tordna t-tneħħija tal-immunità tal-Kummissjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 71 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea u tawtorizza n-notifika u l-eżekuzzjoni:

1) tad-digriet provviżorju ta’ sekwestru (Garnishee Order Nisi) tas-26 ta’ Ġunju 2019 tal-Eparchiako Dikastirio Ammochostou (il-Qorti Distrettwali ta’ Famagusta) f’Ċipru,

2) ta’ kwalunkwe digriet li jagħti natura definittiva lid-digriet imsemi iktar ’il fuq;

3) ta’ kwalunkwe digriet ieħor relatat;

‒    tordna kwalunkwe miżura u/jew kumpens li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija ġusta u ekwa f’dan il-każ;

‒    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż miżjuda bil-VAT.

____________

1 GU 2016, C 202, p. 266.