Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ottubru 2011 - ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-97/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament fir-rigward tad-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għat-tneħħija tal-allowance tad-dar wara deċiżjoni ċivili li ddikjarat id-divorzju tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-4 ta' Lulju 2011 li tiċħad parzjalment l-ilment tar-rikorrent;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-21 ta' Jannar 2011 innotifikata permezz tal-applikazzjoni tal-ġestjoni amministrattiva Streamline, li d-data effettiva tal-bdil tal-istat ċivili tar-rikorrent tkun iffisata għad-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni li tiddikjara d-divorzju;

jindika lill-Awtorità tal-Ħatra l-konsegwenzi tal-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, b'mod partikolari, id-data effettiva li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għad-deċiżjoni li tiddikjara d-divorzju bejn ir-rikorrent u l-ex konjuġi tiegħu, jew id-data tat-traskrizzjoni tad-deċiżjoni li ngħatat fis-26 ta' April 2011;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

____________