Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 taʼ Marzu 2013 – Brune vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-94/11) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Annullament ta’ deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Eżekuzzjoni ta’ res judicata – Prinċipju ta’ legalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità kontra d-deċiżjoni li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ kompetizzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrent: Markus Brune (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/26/05 u li tistieden lir-rikorrent għal eżami orali ġdid u għall-annullament tad-deċiżjoni li eskludietu mill-imsemmija kompetizzjoni minħabba li naqas milli jidher għall-eżami.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.M. Brune għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea