Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Frar 2020 – AR vs Stadt Pforzheim

(Kawża C-56/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AR

Konvenuta: Stadt Pforzheim

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan 1 , jipprekludi dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jipprovdu li, meta tiġi adottata deċiżjoni ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tal-validità skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, il-liċenzja tas-sewqan Komunitarja maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li ma għandhiex ir-residenza normali tagħha fit-territorju nazzjonali għandha tiġi ppreżentata immedjatament lill-awtorità nazzjonali li adottat id-deċiżjoni msemmija sabiex din issemmi fuq il-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata li din ma hijiex awtorizzata ssuq fit-territorju nazzjonali, fejn in-nota (dwar il-projbizzjoni tas-sewqan) normalment tkun tikkonsisti, għal liċenzja tas-sewqan Komunitarja, fit-twaħħil ta’ “D” ħamra maqtugħa dijagonalment fit-taqsima 13 (pereżempju permezz ta’ stiker)?

____________

1 ĠU 2006, L 403, p. 18.