Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Marzu 2011 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Illegalità – Ittra dwar l-ispejjeż ta’ kawża mibgħuta lill-avukat li kien irrappreżenta lir-rikorrent f’din il-kawża – Rikors manifestament infondat fid-dritt – Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jinkiseb kumpens minħabba l-fatt li l-konvenuta kienet bagħtet ittra li tirrigwarda lir-rikorrent lil avukat li ma għadux jirrappreżentah.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż kollha.

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lill-Qorti Ġenerali s-somma ta’ EUR 2 000.

____________

1  ĠU C 161, 19.06.2010, p. 57,