Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 – Buschak vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/12) 1

“Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Allowance tal-qgħad – Kontribuzzjonijiet lill-iskema tal-pensjoni – Ilment tardiv”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Willy Buschak (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Menssen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u D. Martin, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jitħallsux kontribuzzjonijiet fir-rigward tar-rikorrent lil skema tal-pensjoni nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea wara tmiem il-kuntratt tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju matul il-perijodu li fih huwa kien qiegħed u talba għall-inklużjoni tiegħu fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea jew għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

W. Buschak għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 243, 11.08.2012, p. 34.