Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2008 - X vs Il-Parlament

(Kawża F-14/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: X (Il-Lussemburgu, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu) (rappreżentant:V. Christianos, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li biha d-Direttur tal-Persunal tal-Parlament Ewropew ikkunsidra li r-rikorrenti ma ġarrbitx invalidità permanenti totali, li ma tippermettilhiex teżerċita l-funżjonijiet tagħha, u l-annullament ta' l-opinjoni mogħtija fis-27 ta' Ġunju 2007 mill-Kumitat ta' l-Invalidità.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni li biha d-Direttur tal-Persunal tal-Parlament Ewropew ikkunsidra li r-rikorrenti ma ġarrbitx invalidità permanenti totali, li ma tippermettilhiex teżerċita l-funżjonijiet tagħha, u l-opinjoni mogħtija fis-27 ta' Ġunju 2007 mill-Kumitat ta' l-Invalidità;

tibagħat lura l-inkartament lill-Kumitat ta' l-Invalidità, sabiex dan jiddeċiedi mill-ġdid;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________