Rikors ippreżentat fl-1 ta' April 2009 - Andrikopoulou vs Il-Kunsill
(Kawża F-32/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Anna Andrikopoulou (Rodhé Saint Genèse, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 7 għall-proċedura ta' promozzjoni tal-2008 u, sa fejn hemm bżonn, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li anqas jimmeritaw dan
Talbiet tar-rikorrenti
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 7 għall-proċedura ta' promozzjoni tal-2008 u, sa fejn hemm bżonn, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li ma jimmeritawx dan;
Tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________