Language of document :

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2019 minn Amador Rodriguez Prieto kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-4 ta’ April 2018 fil-Kawża T-61/18, Rodriguez Prieto vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-457/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Amador Rodriguez Prieto (rappreżentanti: S. Orlandi, T. Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2018 fil-Kawża T-61/18 sa fejn din tiċħad it-talba għal kumpens tad-dannu morali tal-appellant;

tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-dannu morali subit mill-appellant bil-ħlas lilu ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 100 000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li s-sentenza appellata hija vvizzjata minn żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda n-natura illegali tal-aġir tal-Kummissjoni fil-konfront tiegħu matul il-proċeduri kriminali, fid-dawl b’mod partikolari tal-istatus tiegħu ta’ informatur fil-“każ Eurostat”.

____________