Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Dioikitiko Protodikeio Patron (il-Greċja) fil-5 ta’ Novembru 2018 – XT vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-689/18)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Patron (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XT

Konvenut: Elliniko Dimosio

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44(1)(b) tal-Liġi 4111/2013, kif fis-seħħ matul is-sena taxxabbli 2013 (sena bażi 2012) li bis-saħħa tagħhom huwa eżenti mit-taxxa fuq il-prodotti ta’ lussu kull proprjetarju jew detentur ta’ vettura partikulari użata għall-finijiet privati (li ċ-ċilindrata tagħha hija daqs jew iktar minn 1929 cm3), li għandha iktar minn għaxar snin u li l’età tagħha hija ddeterminata b’effett mill-ewwel tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni tagħha fil-Greċja u mhux b’effett mid-data tal-(ewwel) tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni preċedenti tagħha, jekk ikun il-każ, fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, jikkostitwixxu taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 sa 30 TFUE?

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-leġiżlazzjoni msemmija iktar ’il fuq tikkostitwixxi taxxa domestika (indiretta) fuq il-prodotti importati minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea ogħla minn dik applikata fuq il-prodotti nazzjonali simili, fis-sens tal-Artikolu 110 TFUE?

____________