Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2015 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/13) 1

(Servizz pubbliku – Proċedura dixxiplinari – Rwol u kompetenzi rispettivi tal-Bord Dixxiplinari u tal-Awtorità tal-Ħatra – Sanzjoni dixxiplinari – Tniżżil fil-grad segwit minn deċiżjoni ta’ promozzjoni – Proporzjonalità tas-sanzjoni)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jniżżlu fil-grad lir-rikorrent għall-grad AD8 skont l-Artikolu 9(1)(f) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal Persunal, kif ukoll talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.CX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 207, 20.7.2013, p. 56.