Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-11 ta’ April 2019 – Istituto Nazionale della Previdenza Sociale vs WS

(Kawża C-302/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto Nazionale della Previdenza Sociale

Konvenut: WS

Domanda preliminari

L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 1 kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn detenturi tal-permess uniku ta’ residenza u ta’ xogħol u ċittadini nazzjonali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, bil-kontra ta’ dak li huwa previst fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru, li l-membri tal-familja tal-ħaddiem detentur ta’ permess uniku u li ġej minn pajjiż terz, jekk huma jirrisjedu fil-pajjiż terz ta’ oriġini, huma esklużi miċ-ċirku tal-membri tan-nukleu familjari meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-allowance għan-nuklei familjari?

____________

1     Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (ĠU 2011, L 343, p. 1).