Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-121/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jiġi applikat tnaqqis ta’ solidarjetà mill-1 ta’ Jannar 2014 fuq ir-remunerazzjoni tar-rikorrenti u li ma jsirx aġġustament fir-remunerazzjoni tagħha għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2015.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni espliċita li timponi tnaqqis ta’ solidarjetà mill-1 ta’ Jannar 2014 u sat-30 ta’ Ġunju 2015 peress li hemm perijodu ta’ ffriżar tal-aġġustament tar-remunerazzjonijiet li jkopru l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2015 u,

tannulla d-deċiżjoni impliċita li ma jiġix applikat aġġustament annwali tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għal perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 u li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2015, peress li dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ġew irrivelati għall-ewwel darba min-nota tas-salarju tar-rikorrenti ta’ Jannar 2014 innotifikat fl-14 ta’ Jannar 2014;

sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.