Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ April 2019 – eurocylinder systems AG vs Hauptzollamt Hamburg

(Kawża C-324/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: eurocylinder systems AG

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina 1 huwa validu?

____________

1     ĠU 2009, L 262, p. 19.