Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Novembru 2018 – Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V. vs Finanzamt Cuxhaven

(Kawża C-715/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Segler-Vereinigung Cuxhaven e.V.

Konvenut: Finanzamt Cuxhaven

Domanda preliminari

It-tnaqqis tat-taxxa previst għall-kiri ta’ postijiet f’siti tal-kampeġġ u parks għall-karavani fl-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , moqri flimkien mal-punt 12 tal-Anness III tal-imsemmija direttiva jinkludi wkoll il-kiri ta’ postijiet għall-irmiġġ tad-dgħajjes?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.