Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' April 2010 - Allen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Finola Allen (Armação de Pera, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal rikonoxximent ta' mard gravi.

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lit-Tribunal jogħġbu jordna:

l-annullament tad-deċiżjoni, tat-30 ta' Ġunju 2009, li tiċħad l-applikazzjoni tagħha għal rikonoxximent ta' mard gravi u, jekk meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta' Lulju 2009;

jekk meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni, tat-8 ta' Jannar 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti;

konsegwentement, ir-rikonoxximent ta' mard serju fir-rigward tal-marda tagħha kif deskritta fl-applikazzjoni tagħha tad-19 ta' Mejju, kif ikkompletata fit-2 ta' Lulju 2009, u kopertura kompleta sa mill-1 ta' Lulju 2009;

sussidjarjament, kopertura mill-assigurazzjoni għall-mard sal-10 ta' Lulju 2009;

il-ħlas ta' danni evalwati ex aequo et bono u fuq bażi provviżorja għal EUR 1;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________