Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Paris (Franza) fit-3 ta’ April 2019 – XS vs Recteur de l’académie de Paris
(Kawża C-281/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Paris
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: XS
Konvenut: Recteur de l'académie de Paris
Domanda preliminari
Il-leġiżlazzjoni Franċiża li ma tiħux inkunsiderazzjoni, għall-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-korp tal-għalliema tal-iskejjel, is-servizzi li kienu preċedentement imwettqa minn membru tal-persunal fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea jew, b’mod iktar ġenerali, ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tipprevedi b’mod partikolari li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-attivitajiet professjonali preċedenti eżerċitati fi ħdan amministrazzjoni ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tikser l-obbligi u l-portata tal-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?
____________