Rikors ippreżentat fl-20 ta' Awissu 2010 - Behnke vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-68/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Thorsten Behnke (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat fil-grupp ta' ħidma II u li jingħata 5 punti ta' promozzjoni għall-finijiet tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tiegħu għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat fil-grupp ta' ħidma II u li jingħata 5 punti ta' promozzjoni għall-finijiet tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tiegħu għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.
Sussidjarjament, tiddikjara bħala illegali l-Artikolu 8(4) tad-DĠI tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, inkwantu jippermetti l-adozzjoni ta' opinjoni tal-Kumitat konġunt ta' evalwazzjoni u promozzjoni permezz ta' konsensus;
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
____________