Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2019 – Eurowings GmbH vs GD, HE, IF

(Kawża C-334/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurowings GmbH

Konvenuti: GD, HE, IF

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-assenza imprevista minħabba leave ta’ mard ta’ parti sinjifikattiva mill-ekwipaġġ (“strajk selvaġġ”) ta’ kumpannija tal-ajru li nnolleġġat ajruplan u ekwipaġġ abbażi ta’ kuntratt ta’ “wet lease” lit-“trasportatur tal-ajru effettiv”, fis-sens tal-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-regolament, iżda li ma nkarigatx ruħha mir-responsabbiltà operazzjonali tat-titjiriet, għandha l-effett li t-“trasportatur tal-ajru effettiv” lanqas ma jista’ jinvoka “ċirkustanzi straordinarji” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament, fid-dawl tas-sentenza tas-17 ta’ April 2018, Krüsemann et (C-195/17, C-197/17 sa C-203/17, C-226/17, C-228/17, C-254/17, C-274/17, C-275/17, C-278/17 sa C-286/17 u C-290/17 sa C-292/17 2 ?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10

2     EU:C:2018:258