Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ottubru 2010 - Stephan Jaeger vs FEACVT

(Kawża F-103/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stephan Jaeger (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Fondation européenne pour l'amélioration des conditions de vie et de travail (FEACVT)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tal-istqarrija ta' regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u l-istqarrijiet ta' remunerazzjoni stabbiliti wara l-1 ta' Jannar 2010 fil-kuntest tal-adattament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri tal-persunal oħra fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta' Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijet tal-FEACVT dwar l-istabbiliment tal-istqarrijiet ta' regolarizzazzjoni tar-remunerazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarrijiet ta' remunerazzjoni tiegħu wara l-1 ta' Jannar 2010;

jikkundanna lill-FEACVT tħallas lir-rikorrent l-arretrati tar-remunerazzjoni, flimkien mal-interessi moratorji;

jikkundanna lill-FEACVT għall-ispejjeż.

____________