Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta' Settembru 2008 - Dragoman vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' ammissjoni għall-eżami orali)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Adriana Dragoman (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: S. Mihailescu, imbagħad G.-F. Dinulescu, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Velardo, aġenti)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/44/06 CJ, intiża sabiex tistabbilixxi lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' ġuristi lingwisti tal-lingwa Rumena, li tagħti lir-rikorrenti marka ta' 18/40 għall-eżami tagħha bil-miktub (b) u li ma tħallix lil din tal-aħħar tipparteċipa fl-eżami orali tal-imsemmija kompetizzjoni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 42, 24.02.2007, p. 48.