Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Marzu 2020 – VG vs Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-121/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VG

Konvenut: Minister van Buitenlandse Zaken (il-Ministru għall-Affarijiet Barranin)

Domanda preliminari

Id-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi rreġistrati taħt in-numri C-225/19 u C-226/19 jistħoqqu risposta differenti jekk l-isem tal-pajjiż li, fil-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 22 tal-Kodiċi dwar il-Viżi 1 , ikun esprima oġġezzjoni għall-ħruġ ta’ viża lill-applikant, ma jiġix żvelat jew ma jkunx sar magħruf?

____________

1     Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU 2009, L 243, p. 1).