Language of document :

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2018 minn NKT Verwaltungs GmbH, li kienet nkt cables GmbH, NKT A/S, li kienet NKT Holding A/S mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-447/14: NKT Verwaltungs u NKT vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-607/18 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: NKT Verwaltungs GmbH, li kienet nkt cables GmbH, NKT A/S, li kienet NKT Holding A/S (rappreżentanti: B. Creve, advocaat, M. Kofmann, advokat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata, fl-intier tagħha jew parzjalment;

tannulla d-deċiżjoni inkwistjoni 1 , fl-intier tagħha jew parzjalment;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tordna miżura ta’ organizzazzjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm tal-proċedura ta’ appell kif ukoll tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat stabbilixxiet il-portata territorjali tal-ksur.

It-tieni aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi waqt l-evalwazzjoni tal-portata tal-KUK 2 u tal-portata tal-parteċipazzjoni ta’ NKT fih kif ukoll tal-konsapevolezza, minn NKT, tal-KUK.

It-tielet aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta qieset li d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti ma kinux ġew miksura.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta ċaħdet it-talba tal-appellanti għal annullament jew tnaqqis tal-multa.

____________

1 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2 Ksur uniku u kontinwu.