Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fl-24 ta’ Frar 2020 – Apcoa Parking Danmark A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-90/20)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Apcoa Parking Danmark A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/ /KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż ta’ kontroll għall-ksur tar-regoli ta’ parkeġġ fi proprjetà privata jikkostitwixxu korrispettiv ta’ provvista ta’ servizz, u għaldaqstant tranżazzjoni suġġetta għall-VAT?

____________

1 ĠU 2006 L 347, p. 1 (rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60)